Shaukat Ali Chaudhry jitressaq il-Qorti b'akkużi relatati mal-iskandlu Vitals

In-negozjant Pakistani Ali Chaudhry, deher quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, biex jiffaċċja akkużi fosthom tixħim u ħasil ta’ flus

Il-ħlasijiet lil Shaukat Ali Chaudhry (xellug) saru ġimgħatejn qabel Steward Healthcare International ħadet f’idejha t-tliet sptarijiet
Il-ħlasijiet lil Shaukat Ali Chaudhry (xellug) saru ġimgħatejn qabel Steward Healthcare International ħadet f’idejha t-tliet sptarijiet

Shaukat Ali Chaudhry tressaq il-Qorti l-Erbgħa filgħodu fuq akkużi relatati mal-privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet pubbliċi.

In-negozjant Pakistani Ali Chaudhry, deher quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, biex jiffaċċja akkużi fosthom tixħim u ħasil ta’ flus.

Ali Chaudhry tressaq il-Qorti, ġurnata wara li ibnu, Shaukat Asad Ali, għaddha għal ġuri fuq akkużi fl-istess każ.

In-negozjant flimkien mal-eks kap tal-istaff tal-OPM Keith Schembri, kienu ċentrali għall-konċessjoni tat-tliet sptarijiet. L-investigaturi jemmnu li l-familja ta’ Shaukat Ali ġiet “ippremjata” bi ħlasijiet ta’ konsulenza kbar meta Steward kellu jieħu f’idejh lil Vitals bħala konċessjonarji tal-isptar.

Il-ħlasijiet lil Shaukat Ali saru ġimgħatejn qabel Steward Healthcare International - il-fergħa internazzjonali li ħadet f'idejha l-konċessjoni - iffirma memorandum ta’ ftehim mal-gvern biex jieħu f'idejh il-konċessjoni tal-isptarijiet.

More in Qrati u Pulizija