Frodi benefiċċji soċjali: Il-Qorti tordna l-eżaminazzjoni medika ta’ Roger Agius

Qorti ordnat espert mediku jeżamina lil Roger Aguis, sabiex japprova jekk il-marda li Aguis kienu jgħid li għandu hix veru jew fittizja

Qorti ordnat espert mediku jeżamina lil Roger Aguis, sabiex japprova jekk il-marda li Aguis kienu jgħid li għandu hix veru jew fittizja.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-Tabib Silvio Grixti, Dustin Caruana, Manuel Spagnol, Luke Saliba u Roger Agius li fost oħrajn jinsabu mixlija b’ħasil ta’ flus, frodi u organizzazzjoni kriminali.

L-avukat ta’ Agius, Jason Azzopardi, ma oġġezzjonax għat-talba, iżda talab li jitħalla jispezzjona wkoll kull dokument mediku li għandu x’jaqsam mal-klijent tiegħu.

Iżda l-avukat ta’ Saliba, Jose Herrera, iddeskriva t-talba bħala “mhux mistennija,” u qal li se jkollha implikazzjonijiet fuq il-privatezza u d-dritt tal-klijent tiegħu li ma jinkriminax lilu nnifsu.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Abigail Caruana Vella u Charmaine Abdilla mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, flimkien mal-Ispetturi Andy Rotin, Wayne Borg u Shaun Friggieri.

Għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed tidher l-Avukat Anita Giordimaina. L-Avukati Micheal Sciriha, Lucio Sciriha u Roberto Spiteri qed jidhru għal Caruana u Spagnol. L-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Agius, filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jidhru għat-Tabib Grixti. Għal Saliba qed jidhru l-Avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb.

More in Qrati u Pulizija