Bugħaddas jitlef ħajtu, u ieħor f’qagħda serja wara li sabu ruħhom f'diffikultà

Mill-ewwel investigazzjonijiet taI-Pulizija rriżulta li żewġ bugħaddasa rġiel, li l-identità tagħhom għadha mhiex magħrufa, ġew salvati minn fuq dgħajsa, madwar 1.4 mili nawtiċi 'il barra mill-kosta tal-inħawi taż-Żonqor, Marsaskala

Is-salini taż-Żonqor (Ritratt: tripbucket)
Is-salini taż-Żonqor (Ritratt: tripbucket)

Bugħaddas tilef ħajtu u ieħor jinsab f’qagħda serja wara li sabu ruħhom f’diffikultà ‘l barra mill-kosta tal-inħawi taż-Żonqor, Marsaskala.

Il-pulizija rċievew informazzjoni illi l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30am.Iż-żewġ irġiel iddaħħlu l-art mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet taI-Pulizija rriżulta li żewġ bugħaddasa rġiel, li l-identità tagħhom għadha mhiex magħrufa, ġew salvati minn fuq dgħajsa, madwar 1.4 mili nawtiċi 'il barra mill-kosta tal-inħawi taż-Żonqor, Marsaskala.

Malli ddaħħlu l-art, tim mediku beda jassistihom u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei.

Sfortunatament wieħed mill-irġiel ġie ċċertifakat mejjet ftit tal-ħin wara, filwaqt li r-raġel lieħor jinsab f’qagħda serja.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija