Fil-Mellieħa bħalissa: Operazzjoni ta' salvataġġ wara li karozza taqa' l-irdum tal-Aħrax

Kelliem għall-pulizija qal li fit-8am daħal rapport li karozza ħabtet għal fuq il-blat f’qiegħ l-irdum, b’persuna maħsuba li għadha ġewwa u ħajja

Ritratt: James Bianchi / ILLUM
Ritratt: James Bianchi / ILLUM

Bħalissa fil-Mellieħa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ wara li t-Tlieta filgħodu karozza waqgħet u ħabtet fl-irdum fl-Aħrax .

Kelliem għall-pulizija qal li fit-8am daħal rapport li karozza ħabtet għal fuq il-blat f’qiegħ l-irdum, b’persuna maħsuba li għadha ġewwa u ħajja.

Uffiċjali tal-pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post jipprovaw jassistu lill-persuna mit-tifrik. Tim mediku jinsab ukoll fuq standby.

Dan l-artiklu qed ikun aġġornat.

More in Qrati u Pulizija