Żagħżugħa tmut wara li waqa’ fuqha blat mill-irdum meta kienet il-baħar

Mara ta’ 22 sena, residenti s-Siġġiewi, tilfet ħajjitha l-Ġimgħa waranofsinhar wara li waqa’ fuqha xi blat mill-irdum, waqt li kienet qrib il-baħar

Mara ta’ 22 sena, residenti s-Siġġiewi, tilfet ħajjitha l-Ġimgħa waranofsinhar wara li waqa’ fuqha xi blat mill-irdum, waqt li kienet qrib il-baħar.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għal xi 3pm, fl-inħawi magħrufa bħala l-Munxar fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejħu tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, imma ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija