Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-buggy fil-Mellieħa

Żagħżugħ ta' 24 sena residenti Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll tal-Buggy Polaris RZR li kien qiegħed isuq u nqaleb

Ritratt - Mill-Arkivji
Ritratt - Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ gravi wara li nqeleb minn fuq buggy fil-Mellieħa

Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-5:30am fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher liż-żagħżugħ ta' 24 sena residenti Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll tal-Buggy Polaris RZR li kien qiegħed isuq u nqaleb.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u l-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Qrati u Pulizija