Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara inċident fi Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni San Ġiljan.
Kelliem tal-Pulizija ikkonferma illi l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30pm, fi Triq Mikiel Anton Vassali f’San Ġwann direzzjoni lejn San Ġiljan.
Minn investigazzjonijiet preliminarji, il-pulizija sabet li s-sewwieq, ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, Nissan Qashqai, u ħabat ġo siġra.
Ftit ħin wara trakk misjuq minn raġel ta’ 39 sena mill-Belt Valletta, kien ivolut fil-ħabta magħhom.
Kemm is-sewwieq, u anke l-passiġġier tiegħu, ta’ 31 sena mill-Gżira, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-attenzjoni medika, bil-kunsizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.