Raġel weġġa' gravi wara ħabta f'Ħ'Attard fis-sigħat bikrn tal-Ġimgħa filgħodu.
Il-Pulizija qalet li ll-Każ seħħ għall-ħabta tal-5:30am.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti Ħ’Attard u Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 42 sena u residenti Tas-Sliema.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.