Jinqaleb vann fil-Bypass tal-Imrieħel

Sewwieqa qed ikunu imħeġġa jgħaddu minn toroq oħra, u jevitaw iż-żona

Vann inqaleb fil-bidu tal-Bypass tal-Imrieħel, direzzjoni Qormi, biswit ir-roundabour ta’ Triq il-Mitħna.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Uffiċċjali ta’ Transport Malta qegħdin fuq il-post, fejn qed jagħmlu li jistgħu sabiex tinfetaħ it-Triq kemm jista’ jkun malajr.

Sewwieqa qed ikunu imħeġġa jgħaddu minn toroq oħra.

Din hija t-tieni vettura ‘ta’ kobor’ li nqalbet din il-ġimgħa, b’trailer kbir jinqaleb l-Erbgħa waranofsinhar fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.

More in Qrati u Pulizija