Żewġ banek tal-lottu nsterqu f’temp ta’ tliet sigħat it-Tlieta. L-ewwel serqa seħħet f’banka tal-lottu fi Triq Dun Karm, Birkirkara, għall-ħabta tat-3:30pm, filwaqt li s-serqa l-oħra seħħet fi Triq Burmarrad, Burmarrad, għall-ħabta tas-6pm.
Jidher li ż-żewġ ħallelin kienu armati b’sikkina iżda ma jidhirx li l-każijiet huma b’xi mod relatati. Fl-ewwel serqa, il-pulizija skorpiet li raġel mgħammad daħħal idu mit-tieqa biex jaħtaf xi flus mill-kaxxiera. Il-kaxxiera, mara ta’ 57 sena, spiċċat ittieħet l-isptar għall-osservazzjoni.
Fit-tieni serqa, raġel liebes hoodie daħal fil-ħanut, hedded lill-kaxxiera b’sikkina, u talabha għall-flus. Ħadd ma’ weġġa’ f’din is-serqa. Il-Maġistrat Philip Galea Farruġia ġie infurmat biż-żewġ każijiet u ħatar inkjesta għat-tnejn li huma.
Il-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.