Martin Ambinette jinstab mejjet f’Wied Blandun

Martin Ambinette ilu rrapportat nieqes mit-3 ta’ Marzu

Ritratt mingħand Malta Police Force
Ritratt mingħand Malta Police Force

Martin, raġel ta' 65 sena li ġie rrapportat nieqes fit-3 ta' Marzu, nstab mejjet aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs. 

Il-Pulizija rċeviet informazzjoni anonima li kien hemm persuna bla ħajja, f’Wied Blandun, il-Fgura.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post indikat u wara tfittxija,sfortunatament Martin Ambinette instab bla ħajja. 

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Aktar dettalji fil-ġin li ġej.

 

More in Qrati u Pulizija