Raġel iweġġa' gravi wara waqħa ta' tliet sulari

Waqt li qed jaħdem fuq il-bejt, raġel ta' 41 sena jaqa' u jweġġa' serjament

Fis-sigħat bikrin tat-Tlieta, il-pulizija ġiet intalbet biex tmur fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà, fejn irriżulta li weġġa' xi ħadd serjament.

Jidher illi raġel Russu ta' 41 sena waqa' mill-bejt ta' daru waqt li kien għaddej b'xi xogħlijiet. Il-waqgħa kienet ta' tliet sulari għoli.

Apparti l-pulizija, issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku u ambulanza li ħadu l-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Meta wasal l-isptar, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa' serjament.

Il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici ħatar inkjesta malli ġie infurmat bil-każ. Min-naħa tagħhom, il-pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħha.

More in Qrati u Pulizija