L-espert maħtur mill-qorti fl-inkjeta maġisterjali tal-Vitals, Jeremy Harbinson ħa jitella’ sabiex jagħti xhieda f’proċedura rogatorja.
Il-proċeduri legali relatati mal-każ tal-isptarijiet komplew l-Erbgħa 26 ta’ Marzu wara nofsinhar bl-akużati Kenneth Deguara, Kevin Deguara, Jean Carl Farrugia u Deborah Anne Chappell preżenti.
Harbinson baqa’ jevita’ li jagħti xiehda waqt il-proċeduri, u anke bgħat affidavit sabiex jirrifjuta li jagħti xhieda waqt il-proċeduri sabiex jassigura s-sigurta’ tiegħu.
L-avukat tad-difiża Franco Debono reġa argumenta li r-rifjuta ta’ Harbinson hija problema kbira li għandha tinkwieta l-qorti. Hu żied jgħid li jekk tneħħi x-xhieda tal-espert li għamel ir-rapport li huwa l-bażi tal-inkjesta maġisterjali “ma jibqa’ xejn.”
F’seduta li seħħet qabel, il-prosekuzzjoni talbet li l-espert jagħti xhieda f’proċedura rogatorja. Huma talbu wkoll li l-proċeduri jiġu posposti sabiex tintbgħat l-ittra lil Harbinson.
L-avukat Stefano Filletti oġġezzjona din it-talba mill-prosekuzzjoni bl-argument ta’ kemm huma gravi dawn l-offiżi kontra l-akużati. Hu argumenta wkoll li Harbinson mhuwiex xhieda kwalunkwe imma espert maħtur mill-qorti, afdat mill-qorti u għalhekk hija essenzjali li hu jkun preżenti.
Hu qajjem il-punt li fl-24 ta’ Diċembru l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali talbet li Harbinson jagħti xhieda b’kollegament diġitali. Madanakollu, fis-7 ta’ Jannar, il-qorti ddeċidiet li Harbinson kellu jkun preżenti fiżikament.
Filletti staqsa għala l-prosekuzzjoni qed tbiddel il-pożizzjoni tagħha waqt li tgħid li l-qorti kienet diġa ddeterminat li Harbinson kellu jkun hemm preżenti fiżikament.
L-avukat qajjem argument ibbażat fuq il-fatt li l-kumpanija Harbinson Forensic Ltd għaddejja minn proċess ta’ likwidazzjoni volontarju. Id-difiża argumentat li dan l-iżvilupp huwa relevanti immenss għall-każ, hekk kif din toħloq dubju fuq kemm il-qorti tista’ tafda lill-espert u kemm hu lest li jiġi mistoqsi fuq ir-rapport.
L-avukat Franco Debono qal ukoll li d-deċiżjoni ta’ Harbinson li jagħlaq l-kumpanija tiegħu għandha tkun ta’ indikazzjoni t’ attentat sabiex jevita responsabbilita u dan għandu jiġu kkunsidrat meta l-qorti tassessja l-kredibilita’ tiegħu.
Bl-oġġezzjoni tad-difiża, l-prosekuzzjoni sostniet li hi ma kkawżat l-ebda dewmien li ma kienx neċessarju u li l-proċedura rogatorja hija l-iżjed metodu prattiku sabiex Harbinson jagħti xhieda.
Fl-aħħar, il-qorti aċċettat it-talba tal-prosekuzzjoni sabiex il-każ jiġi aġġornat, u ġie aġġornat għall-14 t’ April f’9.15am.
Il-qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana.