Raġel spiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Misraħ tal-Madonna Medjatriċi, Ħaż-Żabbar.
Dan sseħħ dalgħodu nadwar 5:45am meta l-pulizija ssejħet fuq il-post. Wara investigazzjoni preliminari, issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jieħdu r-raġel l-isptar. Ir-raġel ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żabbar ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi l-isptar.
Il-karozza li laqtet lir-raġel kienet tal-għamla Peugeot 107 u kienet qed tinstaq minn mara ta’ 20 sena li tgħix Ħal Qormi.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.