Il-pedofelu Ingliż ta’ 77 sena li nqabad Għawdex seta’ kien qed jabbuża tfal fl-Algarve, fil-Portugall u seta’ kien responsabbli mill-għejbien tat-tifla żgħira Madeline McCann.
Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd hi jekk il-Pulizija kinux jafu li dan il-pedofelu kien qed jgħix Għawdex.
Roderick McDonald kien qed joqgħod Għawdex, u kien magħruf li kien pedofelu perikoluż. Kien akkużat diġà għal każ ta’ stupru fl-Awstralja u kien involut f’ċirku ta’ pedofili. Dan ġie estradit din il-ġimgħa.
Skont informazzjoni McDonald kien Algarve meta sparrixxiet Madeleine McCan. Din sparrixxiet waqt li ommha u missierha marru jieklu viċin tad-dar tagħhom. Din kienet fl-2007.
Hi tħalliet waħedha maż-żewġt itfal l-oħra tal-koppja.
F’dawn l-inħawi f’dan iż-żmien ġew abbużati erbat’itfal oħra kollha Ingliżi. Il-Pulizija Portuguża kienet kritikata bl-aħrax għall-inkompetenza tagħha.