Dan ir-razzett jew aħjar l-arka ta’ Noe għalissa fih 20 tomna art, iżda fi ftit żmien ieħor dawn se jsir 34 tomna biex jikbru d-daqs tal-gaġeġ u anke jikbru n-numru ta’ annimali eżotiċi li se jidħlu f’dan ir-razzett fil-futur qarib.
L-ewwel dħul trijonfali se jkunu żewġ iljuni bojod li diġà nxtraw u jinsabu kwarantina. Il-post għalihom qed jinħema fejn se jkollhom 400 metru kwadru ta’ post fejn jimirħu.
Xi ħaġa li laqtitni u żgur li se tibqa’ f’moħħi hi l-mod kif Anton kapaċi jikkomunika ma’ kull annimal li għandu. Jitkellem mal-‘ħamra’ li hi ċerva ħamranija u kif jgħajtilha taraha ġejja tiġri ħdejh. Jitkellem mal-‘Pupa’ tiegħu, il-kokka imperjali li twieġbu b’għajta tagħha. Ix-xadin li twieled hemm Ġinġer li jintrefa’ ’l fuq meta jarah se jitlaq minn ħdejh. L-alpaka li laqqagħha miegħi qalilha biex tbusni u kif ġiet ma’ ħalqi besqitli u daħħaqt lil kulmin kien hemm.
Aqraw iżjed fil-ħarġa ta' ILLUM