L-Uġigħ tal-gwerra f'Gaza

L-artista Iyad Sabbah juri l-uġigħ tal-gwerra fi skulturi mpoġġija fl-akkwati ta' Gaza mtertqa mill-gwerra

Worn out...stallazzjoni ta skulturi minn Palestinjan li għex il-konflitt u l-uġeigħ tal-poplu
Worn out...stallazzjoni ta skulturi minn Palestinjan li għex il-konflitt u l-uġeigħ tal-poplu

F'50 ġurnata ta' konflitt bejn l-Iżrael u l-Ħamas aktar kmieni dis-sena ħalliet aktar minn 2,200 persuna mejta filwaqt li eluf ta' djar ġew mġarrfa. L-akbar vittmi kienu nies ċivili, li jinkludu mijiet ta' tfal. L-iskultur li hu Palestinjan u jgħix u jaħem f'Gaza, ħoloq dawn il-familji mkissra permezz tal-iskultura tiegħu magħmula mit-tajn u materjal li hu sab f'siti bumbardjati.

F'installazzjoni li hu sejħilha 'Worn Out' il-familja ta' skulturi tinkludi tfajjel u tarbija li jippruvaw joħorġu mid-debri li ħallew il-bombi fil-bini li kienu jgħixu fih. Iyad Sabbah qal li hu poġġa dawn il-biċċiet ta' arti f'post fejn id-djar ġew distrutti kważi kollha u ried juri s-sofferenzi tar-residenti.

Tfajjel u tarbija ħerġin mid-debri li ħallew il-bombi Iżraeliti
Tfajjel u tarbija ħerġin mid-debri li ħallew il-bombi Iżraeliti

Oħrajn tpoġġew fuq il-bajja biex jissimbolizzaw ir-refuġjati jippruvaw jaħarbu lejn artijiet oħra biex jaħarbu mill-gwerra kiefra. Iyad qal li waqt li hu għex fiż-żmien vjolenti tal-2008 u anke dak tal-2012 irid jikomemorizza dawk li mietu f'dawn il-konflitti.

 

More in Socjali