Storja li tkexkxek dik ta' mara Franċiża omm ta' tliet ulied li flimkien ma' żewġha ddeċidew li jabortu r-raba' wild tagħhom. Abort li wassalha għal infezzjoni gravi u spiċċat li kellhom jaqtgħulha ż-żewġ saqajn u l-id il-leminija.
Priscilla Dray sofriet dan l-isfreġju u diżabilita tliet snin ilu, fl-2011. Iżda ddeċidiet li toħroġ l-istorja fil-pubbliku issa wara li l-isforzi tagħha li tfittex l-isptar għad-danni ma rnexxewx.
Priscilla Dray qed tallega li l-isptar m'amministrax l-antibajotiċi fil-ħin u b'hekk ġisimha ġie attakkat minn infezzjoni qawwija ta' 'septicemia' sa ma partijiet miż-żewġ riġlejn mietu u kellhom bżonn jiġu maqtugħa. Is-septicemia ġiet ikkawżata minn infezzjoni mill-abort li wettqet.
Skont studju li sar l-abort kontinwament iweġġa lin-nisa li jwettquh - emozzjonalment, psikoloġikament, fiżikament u anke bħala relazzjoni.