Jitћabbru diretturi artistiċi ġodda

Tliet diretturi artistiċi ġodda għal V18

Mario Philip Azzopardi
Mario Philip Azzopardi

Ix-xena artistika u kulturali lokali hija mistennija tieћu spinta ’l quddiem fil-mixja lejn il-Belt Valletta bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura hekk kif tћabbru tliet pożizzjonijiet importanti fl-arti. 

Dr Michelle Castelletti riċentament ġiet appuntata direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, Dr Toni Sant tћabbar bћala d-direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattività filwaqt li Mario Philip Azzopardi se jieћu r-rwol ta’ direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2015. 

It-tliet ћatriet huma mistennija li jdaћћlu enerġija ġdida fix-xena artistika lokali, billi jipprovdu punti strateġiċi li jiltaqgћu filwaqt li jibqgћu distinti, u b’hekk joћolqu strateġija kulturali u artistika koerenti fil-mixja tal-Belt bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan ilu jseћћ gћal madwar din l-aћћar sena. 

Dr Castelletti hija mistennija li ġġib l-istess enerġija u viżjoni li wriet matul il-karriera tagћha. Wara li kisbet Masters fid-Direzzjoni Mużikali (second study, composition) mill-Ingilterra, Dr Castelletti nћatret bћala Festival Manager tas-Sounds New Contemporary Music Festival ġewwa Canterbury. 

Dr Toni Sant se jkun l-ewwel direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattività. Sant beda l-karriera tiegћu bћala xandar professjonali f’Malta u ћadem bћala produttur/preżentatur kif ukoll bћala direttur fuq numru ta’ produzzjonijiet gћar-radju u televiżjoni bejn l-1986 u 1998. 

Mario Philip Azzopardi, id-direttur artistiku ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018, huwa prattikant artistiku, direttur, amministratur, produttur u kreatur oriġinali ta’ prodotti u avvenimenti. Waqt li kien il-Kanada, Mario Philip kiseb esperjenza konsiderevoli fl-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll fl-Ewropa, fejn kien wieћed mill-pijunieri li ћadmu fl-esperiment li kien il-produzzjoni ta’ programmazzjoni Amerikan barra. Dan l-aћћar, Mario Philip waqqaf Staġun Teatru Malti, kumpanija privata li tikkummissjona, tiżviluppa, u tipproduċi drammi oriġinali bil-Malti. 

More in Socjali