Il-Community Chest Fund mhux se jlaħħaq mad-domanda

Malta Community Chest Fund qed taffaċċja realtajiet ta’ mard bħal kanċer

Il-President Coleiro Preca tindirizza lis-Sindki u Kunsilliera
Il-President Coleiro Preca tindirizza lis-Sindki u Kunsilliera

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca laqqgħat lis-sindki u kunsilliera ta’ Malta fejn ħeġġithom jagħtu sehemhom bis-sħiħ, permezz tal-komunitajiet li jirrappreżentaw, għall-attivitajiet tal-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta spjegat kif il-Malta Community Chest Fund, l-unika Fond Nazzjonali li jassisti verament lill-Maltin li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet iebsa bħal mard u anki sitwazzjonijiet ta’ faqar, mhux se jkun qed ilaħħaq mad-domanda ta’ mijiet kbar ta’ Maltin li jirrikorru għall-għajnuna, jekk il-Fond mhux se jikber. Il-President ta’ Malta qalet li tinsab fiduċjuża li l-Maltin mil-lokalitajiet rispettivi tagħhom, irrapreżentati mill-gvernijiet lokali, jifhmu u jħossu r-realtajiet tal-Malta Community Chest Fund u l-bżonn li nuru solidarjetà b’saħħitha f’mumenti iebsa bħal m’huma sitwazzjonijiet ta’ mard.    

Hija spjegat kif il-Malta Community Chest Fund qed taffaċċja realtajiet ta’ mard bħal kanċer, li l-kura tiegħu żdiedet iżda din iġġorr magħha spejjeż kbar u għalhekk il-fond tal-MCCF irid jissoda u jitkabbar biex l-appoġġ ikun wieħed sħiħ. Hija qalet li bħala President ma tridx li jkollha sitwazzjoni fejn ikollha tirrifjuta milli tagħti għajnuna minħabba l-limiti ta’ dan il-Fond Nazzjonali u għalhekk temmen li bl-entużjażmu u l-fehma tal-Maltin għal bżonn ta’ tisħiħ fis-solidarjetà, dan il-Fond verament jista’ jikber u jissaħħaħ.  

More in Socjali