Iċ-Champion Brittaniku tal-400 metru James Steven Baulch ta' 41 sena kien ilu jfittex lill-omm naturali tiegħu 40 sena sħaħ u fl-aħħar irnexxilu jsibha. Iżda wara laqgħa ferm emozzjonanti sar jaf li ommu waslet fi tmiem ħajjitha għax għandha tumur u waslet lejn it-tmiem.
Ommu qaltlu li kienet kostretta tagħtih għal adozzjoni għax kienet sfat tqila ta' eta żgħira ħafna minn raġel Ġamajkan, li meta sar jaf li ħarġet tqila kien telaq u ma riedx jieħu responsabilita tat-tarbija. Il-mara spiċċat weħidha, u mbuttata mill-ġenituri tagħha kienet kostretta li tagħti lil binha għal adozzjoni, anke jekk skont hi qatt ma waqfet issofri għal dik id-deċiżjoni li ħadet.
Issa fl-aħħar 40 sena wara sabu lil xulxin, "Inħossni affezjonat profondament ma' ommi" qal James, "u lanqas irrid inisr naf kemm baqgħalha ħajja. isir dak li għandu jsir."
James Steven Baulch kien atleta fl-400 metru u preżentatur televiżiv fl_Ingilterra. Rebaħ l-midalja ta-deheb fil_kampjonat Indoor tad-Dinja fl-1999, u bħala wieħed mit-team Brittaniku tar-relay 4 x 400m rebaħ deheb fil_kampjonat Dinji 1997, u fidda fl-Olimpjadi tal-1996, Irrapreżenta lil Wales fil-Commonwealth Games fejn rebaħ fidda fl-400 metru u bronż fil-4 x 400m relay.