L-Iraqqini u t-Torok fost l-aktar nies li kisbu ċittadinanza Ewropea

L-UE tat ċittadinanza lil madwar 820,000 persuna fl-2012

Il-Marokkini, Torok, Indjani u Iraqqini huma fost l-aktar li kisbu ċittadinanza Ewropea fl-2012. B'kollox, fit-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea ngħataw mhux inqas minn 818,000 ċittadinanza. Dan ħareġ fi statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).

Dan juri żieda ta' 4% meta mqabbel mal-2011 u żieda ta' 6% meta mqabbel mal-2009. Fl-2012, l-ogħla reġistrazzjoni ta' ċittadinanza kienet fl-Ungerija, imbagħad fl-Isvezja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja f'din l-ordni.

L-età medja taċ-ċittadini ġodda kienet ta' 31 sena, iktar minn terz, jiġifieri madwar 273,000 għandhom inqas minn 25 sena, u iktar minn nofs, madwar 410,000 għandhom bejn 25 sena u 54.

Fl-2012 Malta tat 1,100 ċittadinanza. 300 minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea waqt li 800 kienu ġejjin minn pajjiżi barra l-Ewropa

More in Socjali