B’referenza għal l-istqarrija maħruġa mil-Oppożizzjoni, id-Dipartiment tas-Saħħa jgħarraf illi il-Genitourinary Clinic fl-Isptar Mater Dei qed jiffunzjona b’mod regolari u l-pazjenti qed jingħataw appuntamenti skont il-prijorita’ tal-każ tagħhom. Każi urġenti qed jinqdew bla dewmien. Is-servizz kien ġie nterrot għal perjodu qasir hekk kif il-konsulent inkarigat spiċċa bl-eta’. Mill-bidu ta’ dan ix-xahar ġie ngaġġat konsultent ġdid.
Filwaqt li l-GU Clinic bħalissa għaddej b’ritmu normali, id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa sabiex jiġi identifikat ukoll konsulent addizzjonali f’din l-ispeċjalizzazzjoni. Pazjenti li għandhom bżonn is-servizzi tal-GU clinic jistgħu jcemplu direttament lil GU clinic jew jibgħatu riferta tat-tabib tagħhom.