Skont statistika tan-Nazzjonijiet Magħquda jirriżulta li mara minn kull tlieta ssofri xi forma ta’ vjolenza fiżika, emozzjonali jew sesswali f’ħajjitha. Dan iwassal biex in-nisa li jgħaddu minn vjolenza domestika għandhom ċans doppju li jgħaddu minn dipressjoni. 42% tan-nisa jispiċċaw isofru minn xi ġrieħi jew ksur minħabba li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika. 38% tal-qtil li jinvolvi lin-nisa jkun jinvolvi lis-sieħeb jew ir-raġel tagħhom.
Fl-Ewropa, statistika turi li waħda minn kull ħames nisa, fir-reġjun Ewropew sfaw vittmi ta' vjolenza domesika fil-ħajja adulta tagħhom. Barra minn hekk waħda minn kull għaxar nisa sfaw vittmi ta’ abbuż sesswali. L-istess figuri juru wkoll li kull forma ta' vjolenza domestika tlaħħaq il-45%. Bosta drabi l-vjolenza domestika sseħħ minn irġiel li jkunu jew kienu f'relazzjoni ma' mara. Apparti minn hekk huwa wkoll stmat li minn 12% sa 15% tan-nisa minn sittax-il sena 'l fuq kienu f'relazzjoni fejn sfaw vittmi ta' vjolenza domestika.
Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM