Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel - Faċli biex titfa l-problema fuq entita oħra

White Paper dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel

It-traffiku hija problema li twaħħal lil kulħadd, u żgur li din mhix xi perċezzjoni. Ta’ kull filgħodu, sriebet twal ta’ karozzi, vannijiet u xarabankijiet jimblukkaw it-toroq prinċipali għal sigħat sħaħ. Kulħadd jaf li din hija problema kbira li jeħtieġ li tiġi indirizzata.

Kif issemma’ fid-diskors tal-Baġit, parti mit-tort jista’ jkun dovut għat-trasport tat-tfal tal-iskola, partikolarment fil-ħinijiet ta’ filgħodu. Minbarra l-effett tal-kowċis tal-istudenti tal-iskola, hemm ukoll it-tant ġenituri li jwasslu lil uliedhom sal-bibien tal-iskola bil-karozzi privati tagħhom. Fost il-miżuri li ssemmew fil-Baġit għas-sena 2015, kien hemm proposta li fiha l-Gvern se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni permezz ta’ White Paper fejn permezz ta’ dan il-proċess, se jiġi evalwat jekk l-iskejjel għandhomx jibqgħu kollha bl-istess ħinijiet.

Dwar dan tkellimna  ma’ kapijiet ta’ skejjel sabiex insaqsu kif din se taffettwa s-settur edukattiv: x’effett tħalli proposta bħal din jekk tiġi fis-seħħ u jekk finalment tħallix frott, jiġifieri jekk verament tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku.

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali