Intervent speċjalizzat tal-Glaucoma għall-ewwel darba f’Malta

Għall-ewwel darba f’Malta fl-iSptar Saint James

Għall-ewwel darba f’Malta fl-iSptar Saint James
Għall-ewwel darba f’Malta fl-iSptar Saint James

Operazzjoni tal-għajnejn magħmula biex tikkontrolla l-pressjoni intraokulari f’pazjenti bil-glaucoma, seħħet għall-ewwel darba f’Malta fl-iSptar Saint James f’tas-Sliema. Din l-operazzjoni innovattiva saret mill-konsulent kirurgu tal-oftalmologija Mr Francis Carbonaro. Mr Carbonaro reċentement stabilixxa ruħu Malta wara 10 snin jistudja u jaħdem fi sptarijiet ewlenin fir-Renju Unit.

Din il-Glaucoma Drainage Device Implant, magħrufa ukoll bhala Ahmed Valve, ġiet impoġġija f’għajnejn il-pazjent biex tnaqqas l-eċċess ta’ likwidu kif ukoll tnaqqas il-pressjoni li tikkaġuna ħsara lin-nerv optiku.

Dan għandu jawgura tajjeb għal persuni li jbagħtu mill-glaucoma peress li s’issa dawn il-pazjenti kien ikollhom jivvjaġġaw barra minn xtutna għal dan it-trattament u issa jistgħu jagħmlu din il-proċedura Malta.
 
Il-Glaucoma hija marda tal-għajnejn komuni, kronika u progressiva u li tagħmel ħsara rreparabbli lin-nerv optiku, li jista’ jwassal għal telf ta’ dawl fl-għajnejn.

 

More in Socjali