Il-maltemp jippersisti fuq il-gżejjer Maltin

F’ċerti zoni niżel anke ammont ta’ silġ

Diversi zoni mgħarrqa
Diversi zoni mgħarrqa
Silġ f'Għawdex
Silġ f'Għawdex

Ikompli l-maltemp u bħalissa diversi zoni huma rrapurtati mgħarrqa bl-ilma. Min għandu ritratti jista jibgħatom fuq: [email protected]

~~~~~~~

Mhux l-ewwel darba li l-bassara tat-temp jiżgarraw fil-previżjonijiet tagħhom iżda din id-darba ġabuha żewġ hekk kien kien ilu mbassar sa mill-ġimgħa l-oħra li l-gżejjer Maltin se jintlaqtu minn maltemp qalil u temperatura li dalgħodu kienet biss ta’ 7 gradi.

Il-maltemp ta’ dalgħodu kien kkaraterizzat minn xita qawwija, riħ qawwi kif ukoll sajjetti. F’ċerti zoni niżel anke ammont ta’ silġ speċjalment f’Għawdex.

It-temp xitwi mistenni jippersisti għal matul il-jum u għada qed ikun previsti li se jkun lejliet l-ewwel tas-sena fost l-aktar kesħin matul l-aħħar snin.
 

More in Socjali