It-turiżmu huwa settur essenzjali għal pajjiżna fejn matul l-aħħar xhur rajna riżultati nkoraġġanti. Reporter se jiddiskuti x’hemm iżjed x’jista' jsir f’dan il-qasam u jistaqsi x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex ikollna turiżmu sostenibbli u ta’ kwalità?
Jiddiskutu madwar il-mejda, Edward Zammit Lewis – Ministru tat-Turiżmu u Robert Arrigo – Deputat u kelliem Nazzjonalista għat-Turiżmu flimkien ma’ Tony Zahra u Michael Zammit Tabona – Imprendituri fis-settur.
Reporter jixxandar illejla fid-8.40pm fuq TVM2 b’ripetizzjoni fl-21.55PM fuq TVM.
Reporter hu t-tieni l-aktar programm ta’ diskussjoni segwit fuq l-istazzjonijiet ta’ TVM.