Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-salmonella.
Deskrizzjoni tal-prodott:
|
Abjad tal-bajd pasturizzat
|
|
Isem tal-prodott fuq it-tikketta:
|
Albume d’uovo da galline allevate a terra Pastorizzato
|
|
Lott involut:
|
K622460
|
|
Data tad-durabilità:
|
13/12/2024
|
|
Użin:
|
500g
|
|
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.