Il-Papa b'bidliet ġodda għall-Knisja

Franġisku jagħżel Kardinali ġodda li juru l-bidla li qed ikun hemm fil-Knisja
 

Il-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku nnomina 15-il Kardinal ġdid ilbieraħ. Il-maġġoranza tagħhom ġejjin minn pajjiżi, żgħar u li għadhom qed jiżviluppaw fosthom Tonga, Myanmar u Cape Verde.

L-għażla tal-Papa tirrifletti l-isforzi li qiegħed jagħmel hu biex jibbilanċja l-Knisja u jinkludi iktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi fin-naħa t'isfel, fejn il-Knisja qed tikber iktar milli fin-naħa ta' fuq. Franġisku għażel 15-il Kardinal minn 14-il pajjiż differenti. Ħamsa mill-Ewropa, tlieta mill-Asja u l-Amerka t'Isfel, tnejn mill-Afrika u tnejn mill-Oċeanja.

L-ismijiet juru li l-Papa Franġisku qed jappoġġja lil dawk li qed jaħdmu fi djoċesijiet iżgħar u dak li qed jaħdmu u jissieltu kontra l-vjolenza, l-immigrazzjoni u l-faqar.

Disgħa mill-ħmistax ġejjin minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fosthom il-Vjetnam, Myanmar u Panama.

Dan kien it-tieni grupp ta' Kardinali li għażel il-Papa Franġisku. Kollha kemm huma għandhom taħt it-80 sena, li jagħmilhom eliġibbli biex jivvutaw f'każ ta' konklavi għal għażla ta' Papa ġdid.

Il-Papa għażel biss żewġ Kardinali Taljani hekk kif diġà hemm ħafna kardinali jirrappreżentaw dan il-pajjiż. Infatti għażel l-Isqfijiet ta' Ancona u Agrigento, żewġ djoċesijiet żgħar u injora bliet bħal Venezja li s-soltu kienu jkunu fuq quddiem b'numru ta' Kardinali ġodda.

Suppost il-Papa kellu jagħżel 12-il Kardinal, iżda għażel 15, b'hekk qabeż il-limitu tas-soltu, ta' 120 Kardinal.

L-Ewropa xorta waħda għad għandha l-ogħla numru ta' Kardinali minkejja li l-popolazzjoni Kristjana dejjem qiegħda tonqos.

More in Socjali