Il-Corintha Group se jixtri l-Island Hotels Group

Iffirmat ftehim għax-xiri tal-Island Hotels Group

Iffirmat ftehim għax-xiri tal-Island Hotels Group
Iffirmat ftehim għax-xiri tal-Island Hotels Group

Il-Kumpanija International Hotel Investments li tappartjeni l-Corinthia Group, iffirmat ftehim għax-xiri tal-Island Hotels Group li fost oħrajn għandhom il-lukandi Radisson u Island Cateres.

Hu mifhum li l-valur ta’ dan ix-xiri hu ta’ €106.5 miljun u għandu jwassal għal sinerġija bejn l-operat taż-żewġ kumpaniji li t-tnejn li huma qegħdin fis-settur tal-lukandi u catering inkluż lukanda kull wieħed fil-bajja ta’ San Ġorġ.

Il-ftehim inizzjali hu suġġett għal numru ta’ verifiki u kundizzjonijiet miż-żewġ naħat inkluż konformità mar-regolatur kif ukoll approvazzjoni tal-azzjonisti.

Sadanittant it-tmexxija tal-lukandi u catering tal-Island Hotel Group se tibqa taħt it-tmexxija tal-management preżenti sakem ikun iffinalizzat il-kuntratt aħħari.

 

More in Socjali