62 inċident biż-żwiemel, f'35 minnhom weġġa' jew miet iż-żiemel

62 inċident li kienu involuti ż-żwiemel fl-aħħar għaxar snin

Waqt mistoqsija parlamentari ħareġ li fl-aħħar għaxar snin, bejn l-2004 u l-2014 fit-toroq Maltin u Għawdxin kien hawn 62 inċident tat-traffiku li fihom kienu involuti żwiemel.

L-ogħla numru kien fis-sena li għaddiet, 2014, fejn kien hemm 12-il inċident. L-inqas kien fl-2012, fejn ġie rrappurtat inċident wieħed biss.

Minn dawn l-inċidenti tul dawn l-aħħar għaxar snin, 35 żiemel weġġgħu jew mietu fl-inċident, kien hemm ukoll 26 persuna li weġġgħet u 79 karozza involuta.

Dan ħareġ f'mistoqsija parlamentari meta Anthony Agius Decelis staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.

More in Socjali