Ilbieraħ, il-President Obama u martu Michelle attendew għall-funeral tas-Sultan tas-Sawdi Arabja, ir-Re Abdullah, magħruf għal kundizzjonijiet ħorox li impona fuq il-pajjiż, b'mod speċjali fuq in-nisa, fejn in-nisa ma jitħallewx jivvutaw u jsuqu. Apparti minn hekk in-nisa jridu jkunu akkumpanjati minn xi qarib raġel meta joħorġu u għandhom jgħattu wiċċhom u xagħarhom biex juru modestà.
Skont persuni mis-Sawdi Arabja stess, u f'pajjiżi oħra jidher li Michelle Obama kellha tgħatti rasha waqt li kienet qed iżżur il-pajjiż għall-funeral. Jidher li qajmet kontroversja b'ħafna persuni jiktbu fuq Twitter li Michelle Obama mhux qed tirrispetta lill-pajjiż u użaw hashtags bħal - Michelle Obama Immodesta u Michelle Obama mhux mgħottija...
Jidher li Michelle, mhux talli m'għattietx rasha imma talli libset flokk blu vibranti u kellha ġakketta ddisinjata.
Rapporti qalu li fil-mezzi tax-xandir tal-pajjiż, Michelle Obama ġiet imċajpra biex ma tidhirx liebsa dawk il-ħwejjeġ u b'xagħarha mikxuf. Iżda jidher li dawn kienu biss tgħawwiġ tal-fatti. Fil-filmat hawn taħt jidher ukoll kif waqt l-aħbarijiet wiċċ Michelle ma kienx mgħotti.