Il-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ maħruġ mill-uffiċċju tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund ġie magħżul għall-fażi finali tal-Gourmand World Cookbook Awards organizzat fiċ-Ċina f’Ġunju li ġej.
Il-Ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ b’riċetti minn għaxar personalitajiet fosthom b’riċetti mir-raġel tal-President is-Sur Edgar Preca ġie magħżul għal tliet kategoriji. Dak bħala l-aqwa ktieb tar-riċetti bl-iskop li jinġabru fondi għal persuni fil-bżonn, l-aqwa daħla tal-ktieb li ġie miktub mill-President Marie-Louise Coleiro Preca u magħżul ukoll għall-aqwa fotografija ta’ ktieb tar-riċetti meħudin mill-għaqda IRIS.
Il-Ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ għandu riċetti mis-Sur Edgar Preca, Manuel Aquilina, George Borg, Nancy Buhagiar, Neil Darmanin, Aaron Degabriele, Joseph Mizzi, Liz Said, Mark Schembri u Karmen Tedesco. Il-ktieb fiħ b’kollox tmenin riċetta inkluż riċetti b’ikliet veġetarjani.