L-anzjani għadhom attivi sesswalment

Nofs l-irġiel u terz tan-nisa li għandhom 'il fuq minn 70 sena għadhom attivi sesswalment

Fis-soċjetà tal-lum hu maħsub li donnu s-sess qiegħed hemm biss għaż-żgħażagħ u l-adulti, u iktar ma jgħaddi ż-żmien tibda titbiel u titlef kull tip ta' ħeġġa u ħajra lejn is-sess.

Imma minn studju li sar u li ġie ppubblikat fuq l-Independent.co.uk juri li l-anzjani xorta jibqgħu jieħdu gost matul attivitajiet sesswali.

L-istudju sar bejn iktar minn 7,000 raġel u mara bejn il-ħamsinijiet u d-disgħinijet fl-Ingilterra. Dan l-istudju żvela ħafna informazzjoni dwar is-sess fost l-anzjani, kemm huma attivi u l-problemi li jiltaqgħu magħhom waqt is-sess. Dan l-istħarriġ kien ilu għaddej mill-2013 u issa huwa l-ewwel darba li ġew inklużi persuni ikbar minn tmenin sena.

Fl-istħarriġ instab li nofs l-irġiel u kważi terz tan-nisa li għandhom sebghin sena jew iktar huma sesswalment attivi. Madwar żewġ terzi tal-irġiel u iktar minn nofs in-nisa qalu li huwa "tajjeb li jkollok relazzjonijiet sesswali biex iżżomm relazzjoni li tkun għaddejja għexerien ta' snin" qalu wkoll li "huwa tajjeb li żżomm ruħek attiv sesswalment għax jgħinek psikoloġikament."

Fost il-problemi sesswali li kien hemm komuni fost in-nisa anzjani kienet li jeċitaw ruħhom sesswalment u li jkollhom orgażmu. Min-naħa tal-irġiel l-ikbar problema kienet li l-erezzjoni, b'40% ta' dawk li jkollhom x'jaqsmu sesswalment tkunilhom l-unika problema.

More in Socjali