Il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ l-isqfijiet u superjuri reliġjużi biex jikkooperaw mal-kummissjoni għall-abbuż sesswali.
F'ittra li ħarġet illum, il-Papa qal li l-kummissjoni hi mod ġdid u importanti biex jinkuraġixxi l-impenn tal-Knisja biex "tieħu l-passi neċessarji" biex tara li t-tfal huma protetti.
"Il-prijorità m'għandha tingħata lill-ebda tip ta' tħassib ieħor, tkun xi tkun in-natura, bħalma hi x-xewqa li jiġi evitat l-iskandlu, għax wara kollox m'hemmx post fil-Knisja għal dawk li jabbużaw minn minuri," qal fl-ittra.
Fl-ittra tiegħu, Franġisku qal "kull sforz" irid isir biex jiġu implimentati dawk il-linji gwida, sabiex jirreveduhom perjodikament u jiżguraw li huma osservati.
Hu qal li l-Kummissjoni għall-Abbuż Sesswali tfasslet biex ittejjeb is-soċjetà, kemm l-edukazzjoni u anke l-programmi ta' taħriġ.