L-ewwel studju f'pajjiżna dwar l-użu tal-internet

Dan l-istudju se jsir bejn dawk ta' 18 u 30 sena

Iktar ma jgħaddi ż-żmien l-internet iktar qed isir wieħed mill-ħtiġijiet ewlenin tal-ħajja. Għall-maġġoranza ta’ dawk li jużaw l-internet, il-World Wide Web tirrappreżenta opportunità li ssaħħaħ il-ġid iżda wieħed irid jara wkoll jekk dan jistax iwassal għal użu problematiku.

Sal-lum, ma sar l-ebda studju lokalment biex jistmaw il-prevalenza ta’ użu problematiku tal-internet. Il-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-Soċjetà qed twettaq stħarriġ li teżamina użu tal-internet problematiku fost dawk bejn it-18 u t-30 sena. L-istudju se jitmexxa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) permezz ta’ intervista telefonika komputerizzata b’mod anonimu u kunfidenzjali.
 
Membri tal-pubbliku huma avżati biex jistennew telefonata mill-NSO matul ix-xahar ta’ Frar fejn se jiġu mitluba jipparteċipaw f’dan l-istħarriġ.  Kampjun żgħir tal-popolazzjoni se jiġi kkuntattjat. L-istħarriġ se jieħu madwar 20 minuta biex jitlesta. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-istudju, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà fuq 21484662 jew [email protected].

More in Socjali