L-Isqof Malti Silvestru Magro, li hu bbażat fid-djoċesi ta’ Bengazi l-Libja, wasal Malta dalgħodu fejn se jkun qed iqatta’ xi jiem ta’ mistrieħ wara vjaġġ li dam kważi jumejn. L-Isqof ivvjaġġa b’karozza minn Bengażi sal-kapitali Tripli minn fejn qabad ajruplan li wasslu Malta. In-Nunzju Appostoliku tal-Vatikan għal Malta Aldo Cavalli laqgħha lill-Isqof Magro fl-ajruport ta’ Malta mal-wasla tiegħu.
Minn Malta l-Isqof Magro se jmur il-Vatikan fejn hu mistenni li jkollu laqgħa mal-Papa Franġisku u jinfurmaħ bis-sitwazzjoni preżenti fil-Libja u partikolarment fuq il-ħidma pastorali tiegħu mal-komunita’ Nisranija f’Bengazi.