€1.6 miljun għar-riġenerazzjoni ta’ pjazza Kastilja

Proġett ta’ spazju aktar miftuħ

Pjazza Kastilja se tkun qed tinbidel fi proġett ta’ spazju aktar miftuħ u li se jiswa €1.6 miljun bil-Perit Malti Emanuel Buttigieg jiddisinja l-pjazza l-ġdida.

Ix-xogħolijiet mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin bi pjan li kollox ikun lest sa qabel il-bidu tal-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f'Malta f'Novembru li ġej.

Il-pjazza l-ġdida se tkun żona kollha pedonali u pavimentata.

Tagħrif dwar dan il-proġett ingħata dalgħodu f'konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Permanenti Prinċipali, Mario Cutajar, u miċ-Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Stefan Zrinzo Azzopardi.

 

More in Socjali