F'konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien preżenti l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonnici, tnieda l-video mużikali tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest li se jsir fi Vjenna f'Mejju li ġej.
Il-video kien xogħol il-PBS u l-moħħ wara dan il-video kienu Gordon Bonello, Rodney Gauci, Neville Grech u Charles Ahar. Dan il-video gie ffilmjat ġo dar antika fir-Rabat.
Fuq id-diska, saru xi arranġamenti mużikali bis-sehem ta' orkestra. Dawn l-arranġamenti ħadu ħsiebhom Elton Zarb, Gordon Bonello u Kevin Abela.