Titjira lejn Manchester iddur lura minħabba tieqa maqsuma

Titjira tal-AirMalta minn Malta kellha terġa' tiġi lura Malta

Titjira tal-Air Malta KM146 minn Malta diretta lejn Manchester wara nofsinhar, kellha ddur lura lejn Malta minħabba li kien hemm tieqa tal-ajruplan li kienet maqsuma.

It-titjira waslet lura Malta b'mod normali. KM 146 lejn manchester se ssir minn linja tal-ajru oħra iktar tard wara nofsinhar.

Il-linja tal-ajru tapoloġizza mal-klijenti tagħha għal dan id-dewmien li l-kumpanija ma kelliex kontroll fuqu.

More in Socjali