Id-dimensja ma tistax tingħeleb minn pajjiż wieħed waħdu - Justyne Caruana

Konferenza tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa f'Geneva tħeġġeġ azzjoni globali kontra d-dimensja

Justyne Caruana tindirizza l-konferenza
Justyne Caruana tindirizza l-konferenza

Is-Segretarja Parlamentari għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u għall-anzjanità attiva waqt l-ewwel konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa dwar azzjoni globali kontra d-dimensja, organizzata f’Geneva.

Malta wkoll għandha popolazzjoni qed tixjieħ. Għalkemm id-dimensja huwa fenomenu riċenti f’Malta – nagħrfu kemm huwa importanti u kemm għandna bżonn ta’ pjan nazzjonali sabiex intejbu l-kwalità ta’ ħajja ta’ dawk li jsoffru mid-dimensja, kif ukoll għall-qrabathom.

Caruana kompliet tgħid li importanti li titnaqqas l-istigma u l-kunċetti żbaljati dwar id-dimensja. “B’dan l-għan f’moħħna, ippubblikajna numru ta’ fuljetti bl-informazzjoni, inkluż fuljetti għat-tfal tal-iskola.” Caruana kompliet tgħid li hemm proġetti oħra, inkluż investiment f’teknoloġija assistiva.  Barra minn hekk, hija saħqet li “Malta ħadet l-impenn li tħeġġeġ id-drittijiet, id-dinjità u l-awtonomija ta’ individwi bid-dimensja u b’hekk introduċejna sett ta’ liġijiet li jiġġieldu l-abbuż.”

“Id-dimensja ma tistax tingħeleb minn pajjiż wieħed waħdu. Huwa permezz ta’ sforz globali koordinat li flimkien nistgħu ngħelbu l-isfidi li tpoġġilna d-dimensja”, temmet tgħid Caruana.

 

More in Socjali