Il-fondi tal-UE għall-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel għall-2015/16 ġew approvati llum mill-Kumitat tal-Ġestjoni. Dawn il-fondi ta' €150 miljun b'kollox, li jibbenefikaw minnhom 12-il miljun tifel u tifla fil-25 stat membru tal-UE jiġu fornin minn ko-finanzjament nazzjonali jew privat li jleħħaq il-valur ta' madwar €32 miljun.
Din l-iskema, li tnediet fl-2009 għandha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal jieklu aktar frott u ħaxx. Barra minn hekk, tindirizza indirettament problemi oħra, speċjalment tas-saħħa, li huma kkawżati mill-għażliet ħżiena fl-ikel - problemi bħalma hija l-obeżità fit-tfal. Mill-2014 l-iskema tinkludi wkoll miżuri edukattivi sabiex tinforma l-benefiċċji ta' dieta li tinkludi aktar frott u ħaxix fiha.
Malta, għal perjodu 2015/16 għandha rata ta' 75% ta' ko-finanzjament, u ħa tingħata allokazzjoni finali ta' €359,616 sabiex timplimenta dan il-programm f'Malta u Għawdex.