Il-Knisja t'Għawdex tiċċensura r-radjijiet tal-Kommunita għal żmien l-elezzjonijiet tal-Kunsilli

Id-djoċesi t'Għawdex tat permess biss li dawn ir-radjijiet li jistgħu jxandru talb u ċelebrazzjonijiet liturġiċi

L-uffiċċju tal-kommunikazzjoni soċjali tad-djoċesi t'Għawdex iċċensurat ir-radjijiet tal-kommunita tal-parroċċi fejn qed isiru l-elezzjonijiet lokali. F'Għawdex għaddejja polemika dwar dan l-atteġġjament kontradittorju tal-Knisja fil-ġurnata fejn il-Knisja  Maltija qed tiċċelebra l-Arċisqof il-ġdid tagħha li qed jwiegħed knisja aktar miftuħa u aktar moderna. Wieħed ma jistax jifhem kif l-Knisja tista toqgħod il-bogħod mill-kommunita ta' kull lokalita għax il-Kunsilli lokali jiffurmaw parti wkoll mill-istess knisja. 

Meta tkellimna ma' xi Għawdxin li jaħdmu fil-kommunita u anke f'xi radjijiet minnhom qalulna li flok ċensura bħal din dejjem seta kien hemm diskussjoni b'saħħitha u serja fejn jistgħu jiġu mistiedna kull kandidat tal-kunsilli lokali u jiddiskutu b'mod matur. Iżda zgur mhux taqta ħesrem kull djalogu meta l-Knisja tagħmel parti minn kull kunsill lokali. Il-Knisja hi waħda mill-imsieħba soċjali ta' kull lokalita.

L-istqarrija td-djoċesi tgħid hekk:

"Bħala miżura prudenzjali in vista tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali r-Radjijiet tal-Komunità tal-Parroċċi fejn ser isiru l-elezzjonijiet lokali qed jissospendu l- iskeda tal-programmi. Huwa permess biss li jixxandar  talb u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dan il-provediment  jidħol fis-seħħ is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015 u jibqa’ jgħodd sat-12 t’April 2015."

More in Socjali