L-Arċisqof Charles J. Scicluna, permezz ta' tweet, ħabbar il-ħatra ta' Fr Joseph Galea-Curmi bħala Vigarju Ġenerali. Hu ser jieħu post lil Monsinjur Scicluna li kien ukoll Vigarju Ġenerali wara li nħatar Isqof Awżiljari ta’ Malta fis-6 ta’ Ottubru 2012.
Fr Joseph Galea-Curmi kien koordinatur tas-Sinodu tal-Arċidjoċesi ta’ Malta 1999-2003.
Huwa lecturer fil-Fakultà tat-Teoloġija, l-Università ta’ Malta. Hu wkoll Segretarju tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi u membru fil-Bord tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Fr galea Curmi jaħdem fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan u hu wkoll Assistent Ekkleżjastiku tas-sezzjoni Maltija taċ-Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation.