Telgħu l-poloz tal-ordni kif ser inkantaw il-pajjiżi fis-Semi Finali tal-Eurovision.
Bħalma ġara fis-sentejn li għaddew, kienet f'idejn il-produtturi tas-serata biex joħorġu fl-ordni tal-kanzunetti għas-serati tas-Semi Finali.
L-ewwel Semi Finali se ssir fid-19 ta' Mejju, waqt li t-tieni Semi Finali se ssir fil-21 ta' Mejju li ġej. Il-qofol jintlaħaq is-Sibt 23 ta' Mejju bil-finali tal-Eurovision.
L-Ordni hi kif ġejja, b' Malta tkanta fil-ħames post tat-tieni Semi Finali.
Semi-Finali 1
- Moldova
- Armenja
- Belġju
- Netherlands
- Finlandja
- Greċja
- Estonja
- Maċedonja
- Serbja
- Hungary
- Belarus
- Russja
- Dainmarka
- Albanija
- Romanija
- Ġorġja
Semi-Finali 2
- Litwanja
- Irlanda
- San Marino
- Montenegro
- MALTA
- Norveġja
- Portugall
- Repubblika Ċeka
- Iżrael
- Latvja
- Ażerbajġan
- Iżlanda
- Żvezja
- Żvizzera
- Ċipru
- Slovenja
- Polonja