Il-Labour Force Survey jindika li matul l-aħħar kwart tas-sena 2014, ir-rata tax-xogħol kienet ta' 180,124 li tammonta għal nofs il-popolazzjoni tan-nies li għandhom 15-il sena jew aktar.
Dan deher mil-Labour Force Survey ippublikat mill-NSO li jindika li kien hemm żieda ta' 1.2% fl-aħħar kwart tas-senameta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta' qabel.
Il-persuni qiegħda kienu jammontaw 3.15% (11,195 persuna) waqt li persuni inattivi kienu jammontaw għal 167,014-il persuna (46.6%).
Ir-rata ta' attività kienet ta' madwar 65.5%. L-ogħla rata ta' attività ġiet rekordjata fost il-persuni ta' bejn il-25-54 li uwa 79%.
Ma dehritx bidla sostanzjali fir-rata ta' attività meta mqabbla mal-istess kwart fl-2013.
Bħala medja, minn kull 100 persuna li għandhom bejn 15 u 64 sena, 62 minnhom għandhom xogħol. L-ogħla rata, dehret fil-grupp ta' nies li għandhom bejn 25 u 54 sena, li kienet tammonta għal 75.2%.
L-ammont ta' nies qiegħda baqa' ta' 5.9% li minnhom, 47.5% qalu li kienu ilhom ifitxxu xogħol għal minn tal-inqas 12-il xahar.