Koppji Maltin jistennew aktar minn sentejn biex jadottaw mill-Islovakkja

Il-koppji Maltin qed jitħallew jistennew minkejja li jkunu għamlu dak kollu neċessarju

Koppji Maltin qed ikollhom jistennew aktar minn sentejn biex jadottaw
Koppji Maltin qed ikollhom jistennew aktar minn sentejn biex jadottaw

“Sfortunatament, għalkemm il-koppji jkunu għamlu l-kors u dak kollu li hu meħtieġ, u llum huma idonei sabiex jadottaw ilhom kważi sentejn jistennew li jadottaw.” Dan qalitu l-membru parlamentari Paula Mifsud Bonnici f’kumment mal-ILLUM,wara numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li għamlet hi stess dwar adozzjonijiet ta’ tfal slovakki minn koppji Maltin. F’kumment ma’ din il-gazzetta Mifsud Bonnici qalet li:

“Sfortunatament, infurmata li dawn il-koppji ġew avżati kemm mill-aġenzija tal-gvern, kif ukoll minn aġenziji oħra li t-terminu ta’ stennija jkun massimu ta’ sitt xhur, u allura kull ġurnata oltrè minn dawn is-sitt xhur il-koppji jarawha eternità.” Min-naħa l-oħra, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà, Michael Farrugia qal li m’hemm l-ebda żmien li koppji Maltin iridu jistennew biex jkunu jistgħu jaddottaw, u wkoll fakkar li l-Konvenzjoni tal-Ajja “titlob li ma jkunx hemm dewmien mhux neċessarju” u li hu kontra din l-istess Konvenzjoni li “ssir xi forma ta’ pressjoni fuq Stat ieħor sabiex jitħaffef il-proċèss ta’ addozzjoni, partikolarment sabiex jinqabżu ċertu proceduri jew sabiex it-tfal li huma fil-bżonn jintbagħtu lejn pajjiż partikolari.”

Jidher ukoll li hemm problema bl-etajiet tat-tfal eliġibbli għall-addozzjoni, minkejja li fil-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi, m’hemmx restrizzjoni fuq l-età tat-tfal li jistgħu jiġu adottati. Mifsud Bonnici ikkummentat li “infurmata li għalkemm il-koppji kienu ntalbu jgħidu x’etajiet jippreferu, jidher li l-Gvern Slovakk ma jagħtix permess sabiex tfal taħt l-erba’ snin jingħataw għall-addozzjoni barra l-pajjiż. Din ukoll tqanqal tensjoni fost il-koppji.”

Mid-data li ġie ffinalizzat tal-Memorandum of Understanding, jiġifieri mit-8 ta’ Awwissu 2014 sat-23 ta’ Marzu 2015 għadhom ma ġew adottati l-ebda tfal mill-Islovakkja. “Meta tikkunsidra li m’hawnx wisq tfal Maltin għall-adozzjoni huwa importanti li nagħmluha aktar faċli għal dawn il-koppji jadottaw tfal minn pajjiżi oħra. Informatal I anke dawn huma limitati meta wieħed jikkunsidra l-Kambodja per eżempju huwa magħluq u sabiex tadotta mir-Russja, per eżempju, l-ħlasijiet jistgħu jammpontaw għal €45,000. Żgur li mhux kull koppja tiflaħ tagħmel dawn il-ħlasijiet.” saħqet Mifsud Bonnici.

“Ghaldaqstant huwa importanti li naraw li ssir aktar faċli li dawn il-koppji jadottaw meta tikkonsidra li apparti dak kollu  li jgħaddu minnu dawn il koppji, huma jħallsu spejjeż eżorbitanti” kompliet.

Intant, Farrugia qal li “rigward adozzjonijiet mill-Islovakkja, l-Awtorità Ċentrali f’Malta mhix taffaċċja problemi. Sa issa qatt ma ntbagħtet xi applikazzjoni lill-Islovakkja fejn a priori din ġiet rrifjutata u sadanittant hemm applikazzjoni li waslet fi stadju avvanzat sabiex jiġi adottat l-ewwel minuri Slovakk minn ġenituri f’Malta.”

More in Socjali