Il-Moviment tal-IVA għall-kaċċa fir-rebbiegħa ħareġ ritratt fejn juri billboard tal-kampanja tagħhom li ġie ivvandalizzat. Fuq -istess billboard jidhru kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-kaċċaturi u l-familji tagħhom mibugħ b'żebgħa bajda.
Ġew miktuba l-kliem 'F**k the hunters and their families'. Mar-ritratt li bagħtu l-moviment IVA lill-ġurnali, ma kienx hemm iktar dettalji dwar il-każ.
Dan il-każ ġie jiem wara azzjoni vandala bi kliem oxxen fil-konfront tal-kelliem għall-kampanja SHout, Moira Delia.