Il-gradwati fil-livell terzjarju fis-sena skolastika 2012/2013 kienu jammontaw 3,803 li huwa 6.6% iktar minn dak li kien hemm fis-sena akkademika 2011/2012.
Matul is-sena 2012/2013, kienu 2,153 il-gradwati li ggradwaw fil-livell 6 tal-ISCED li hija ekwivalenti għal first degree. Dawk li ggradwaw fil-livell 6 tal-ISCED żdiedu bi 8.8% fuq l-2012.
Il-gradwati nisa fil-livelli 6 u 7 tal-ISCED kienu aktar minn dawk irġiel, waqt li dawk irġiel fil-livell 5, qabżu lil dawk nisa bi ftit.
Il-maġġoranza tal-gradwati kemm fl-2013 kif ukoll l-2012 kienu qed jistudjaw b'mod full-time, li kien ekwivalenti għal 82.6% tat-total. L-istudenti jistudjaw fuq bażi full-time żdiedu bi 8.4% filwaqt li dawk part-time żdiedu bi 13.2%.
Il-gradwati part-time fl-2013 ammontaw għal 17.4% tat-total, li l-maġġoranza tagħhom kisbu kwalifika fil-livell 7 tal-ISCED.
Bhala medja, fl-2013 l-età tal-gradwati fil-livell 6 kien ta' 23.5 li huwa simili għal dak li kien hemm fis-sena ta' qabel, ta' 23.4. Dawk li jistudjaw part-time, kellhom età medja iktar għolja minn dawk full-time.
Min-naħa l-oħra, dawk li ggradwaw fil-livell 8, kellhom età medja ta' 35.3.
L-oqsma tax-xjenzi soċjali, negozju u liġi kienu l-aktar popolari fost l-istudenti fl-2013, b'40% tal-gradwati jispeċjalizzaw f'dawn l-oqsma. Warajhom kien hemm l-istudenti tax-xjenza f'14.6%.
L-oqsma l-aktar popolari mal-gradwati rġiel kienu l-inġinerija, manifattura, kostruzzjoni u xjenza. Min-naħa l-oħra, kien hemm aktar nisa fl-oqsam tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Fl-2013, il-barranin li ggradwaw f'Malta kienu jammontaw għal 199, li huwa 5.2% tal-gradwati kollha.